Ta’ 9 snin ibigħ il-pitturi biex jgħin annimali abbandunati – One News

Notifiki

Ta’ 9 snin ibigħ il-pitturi biex jgħin annimali abbandunati

Mhux kull eroj jilbes mantell iżda l-azzjonijiet twajba li wieħed iwettaq jitkellmu waħidhom. Dan hekk kif tifel ta’ 9 snin vl-isem ta’ Pavel Abramov iqatta’ l-ħin tiegħu jpitter numru ta’ pitturi ta’ annimali biex ibigħhom u jaqla’ xi ħaġa tal-flus.

Iżda minkejja li jagħmel il-qligħ minn dawn il-pitturi, il-flus li jaqla’ ma jżommomx għalih iżda jużahom biex jixtri l-ikel għall-annimali abbandunati fir-Russja f’Nizhny Novgorod.

L-artist ċkejken qed jitqies bħala eżempju għal kull wieħed u waħda minna hekk kif filwaqt ta’ 9 snin diġà qed ikun ta’ eżempju mhux biss għat-tfal ta’ daqsu iżda anke għall-adulti.

Flimkien bl-għajnuna ta’ ommu, Pavel mhux biss ġibed l-attenzjoni tan-nies tal-lokal tiegħu, iżda ġibed l-attenzjoni ta’ persuni mir-Russja kollha hekk kif f’sena ċ-ċkejken Pavel qed jirċievi talba għal pittura minn kull parti tar-Russja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend