AĠĠORNAT: Il-membri Parlamentari Ingliżi jappoġġjaw dewmien ieħor dwar Brexit – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Il-membri Parlamentari Ingliżi jappoġġjaw dewmien ieħor dwar Brexit

Il-membri parlamentari Inglizi appoġġjaw dewmien ieħor dwar Brexit. 

Dan ir-riżultat se jkun qed jisforza lill-Prim Ministru Boris Johnson biex jitlob għal estenzjoni llejla, għal dewmien ieħor dwar Brexit għal wara l-31 ta’ Ottubru.

Il-Parlament Ingliż ivvota 322 vot favur u 306 vot kontra dan l-andament li tpoġġa fuq il-mejda mill-Ministru Konservattiv Sir Oliver Letwin, għal mozzjoni li l-Prim Ministru poġġa fuq il-mejda biex ifittex l-approvazzjoni dwar Brexit.

Dan il-vot hu kontra t-twemmin ta’ Johnson, li wiegħed li se jwassal għal Brexit sal-31 ta’ Ottubru.

Kelliema għall-Kummissjoni Ewropea qalet kif il-KE ħadet nota tal-vot li ttieħed illum fil-Parlament Ingliż dwar l-aħħar emendi dwar Brexit. Spjegat kif dan ifisser li l-qbil dwar Brexit ma ttiħidx vot fuqu llum. Temmet billi qalet li l-KE qed tistenna mingħand il-Gvern Ingliż biex tkun taf il-pass li jmiss kemm jista’ jkun malajr.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend