Ikejlu l-livell taz-zokkor bl-inteliġenza artifiċjali – One News

Notifiki

Ikejlu l-livell taz-zokkor bl-inteliġenza artifiċjali

Waqt dibattitu bejn id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Viċi-Kap Nazzjonalista David Agius fil-programm Xarabank reġa’ ħareġ fil-beraħ kemm l-Oppożizzjoni ma ġġerraħx il-miżuri u l-inizzjattivi favur il-familji Maltin u Għawdxin.

Fuq l-istazzjon nazzjonali David Agius ma kienx jaf li dawk bid-dijabete diġà qed jingħataw dak meħtieġ u staqsa kif ma hemm xejn fil-budget għas-sena d-dieħla.

Hawnhekk id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fakkar li l-Gvern diġà jgħin lin-nies bid-dijabete u l-inizzjattivi qegħdin imniżżla fl-estimi finanzjarji għaliex dawn diġà qed isiru.

Spjega kif “Din hija xi ħaġa li mhux qiegħda fid-diskors tal-budget għax diġà qed nagħmluha, bdejna nagħmluha, qegħda fl-estimi tal-budget.”

Chris Fearne spjega wkoll kif il-Gvern mhux se jagħti biss il-patches lil persuni bid-dijabete imma anki se joffri għodda innovattiva biex jiffaċilità aħjar ħajjet dawn il-persuni.

Fearne qal kif “Dawn it-tfal kollha ta’ Malta li ħa jkollhom dawn il-patches, ovvjament b’mod volontarju ħa nqabbduhom mas-sistema ta’ intelliġenza artifiċjali AI, illi dawn tkun tista’ timmoniterjalhom il-livell taz-zokkor fid-demm il-ħin kollu konsentament u jekk ikun hemm problema tibgħatilhom messaġġ lilhom jew lill-ġenituri tagħhom jew lit-tabib tagħhom immedjatament.”

Quddiem miżuri favur iż-żgħażagħ fosthom iż-żieda tal-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll għal first time buyers u anki l-għajnuna lil dawk taħt l-erbgħin sena biex isiru sidien ta’ proprjetà billi l-Gvern jgħin fid-depożitu tal-għaxra fil-mija tal-proprjetà, l-Oppożizzjoni sabitha diffiċli biex twieġeb.

David Agius mhux biss ħarab mill-mistoqsijiet iżda anki sabha bi tqila jsib proposti fid-dokument tal-Partit Nazzjonalista għal budget li dam ixejjer tul il-programm.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend