Għandu jiġi msaqqaf it-Teatru Rjal? – One News

Notifiki

Għandu jiġi msaqqaf it-Teatru Rjal?

Hekk kif fil-Budget ta’ nhar it-Tnejn tħabbar li l-Gvern se jkun qed jilqa’ kull proposta dwar l-uzu kulturali ta’ Pjazza Teatru Rjal u anke l-possibbiltà li din tissaqqaf, bosta Maltin fuq is-siti soċjali esprimaw l-ideat tagħhom fuq dan is-suġġett.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-għan aħħari ta’ dan il-proġett kien li jsir użu aħjar mill-post waqt li jkun rispettat l-ambjent storiku.

It-Teatru Rjal, ġie inawgurata f’ Ottubru tal-elf tmien mija sitta u sittin, u nqered mill-bombi tal-Assi fit-Tieni Gwerra Dinjija. Ħafna snin wara, fl-2013, Pjazza Teatru Rjal ġiet inawgurata mill-ġdid għat-tgawdija tal-poplu Malti u Għawdxi, iżda ħafna baqgħu joħolmu li xi darba, it-Teatru Rjal verament jingħata l-glorja kollha tiegħu.

One News niżel fit-toroq tal-Belt u staqsa lil dawk preżenti x’dehrilhom minn din l-inizjattiva fejn l-opinjonijiet kienu diversi – min qabel u min ma qabilx. Iżda int, x’taħseb?

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend