Delia jikkritika l-baġit u jgħid li huwa “clichè” – One News

Notifiki

Delia jikkritika l-baġit u jgħid li huwa “clichè”

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mar fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista sabiex ikompli jikkritika l-baġit li ġie ppreżentat għas-sena li ġejja.

Baġit li skond Adrian Delia jagħti xi ħaġa żgħira lin-nies.

Din id-dikjarazzjoni saret f’kuntest li fost l-oħrajn għall-ħames darba konsekuttiva l-pensjonanti kollha se jgawdu minn żieda fil-pensjoni, il-ħaddiema se jirċievu bonus addizzjonali, se jkun hemm tnaqqis fir-rata tat-taxxa tal-over time u l-persuni b’diżabilità severa se jirċievu l-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali.

Fuq ir-radju, il-Kap tal-Oppożizzjoni ħambaq kemm felaħ u quddiem it-tielet baġit bla taxxi, mhux biss ma ġerraħx dan iżda anki prova jitfa’ d-dubji.

F’dagħdigħa negattiva Delia mar pass aktar minn dak li qalet Kristy Debono li saħqet li l-Gvern huwa ffortunat għax l-ekonomija sejra tajjeb.

Din id-dikjarazzjoni surreali saret fl-isfond li l-ekonomija qiegħda tikber b’mod robust u pajjiżna qiegħed jirreġistra surplus wieħed wara l-ieħor.

Delia anki kritika kull settur fosthom is-settur tal-edukazzjoni u s-settur tas-saħħa.

Quddiem il-miżura li l-għodda tat-tablets issa se tidħol anki fl-iskejjel sekondarji, l-investiment f’workshops u klassijiet ġodda għal suġġetti oħra fosthom dawk vokazzjonali u anki l-operazzjonijiet li qed isiru fl-isptar Mater Dei frott l-investiment fl-apparat mediku, Delia qal hekk.

Intant ixxejjen id-dikjarazzjoni ta’ Adrian Delia dwar l-investiment hemm statistika tal-Malta Enterprise li matul is-sena li għaddiet Malta attirat investiment ta’ mija u sebgħin miljun ewro u matul tliet snin se jinħolqu elf u seba’ mitt post tax-xogħol ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend