Żewġt irġiel inżammu arrestati wara li serqu karozza – One News

Notifiki

Żewġt irġiel inżammu arrestati wara li serqu karozza

Stephen Mifsud ta’ 47 sena u Ludwig Bugeja ta’ 42 sena nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li serqu fost l-oħrajn karozza.

Mifsud tressaq il-Qorti akkużat li seraq karozza, saq mingħajr polza tal-assigurazzjoni u liċenzja, filwaqt li seraq sett tat-televiżjoni. Waqt li Bugeja kien akkużat li kien kompliċi li seraq karozza u li kiser il-libertà priviżorja.

Iż-żewġt irġiel li huma mingħajr impjieġ wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend