Raġel tpoġġa taħt ‘probation’ wara li nstab ħati li weġġa’ gravi lil omm it-tfajla tiegħu waqt argument – One News

Notifiki

Raġel tpoġġa taħt ‘probation’ wara li nstab ħati li weġġa’ gravi lil omm it-tfajla tiegħu waqt argument

Raġel tpoġġa taħt probation wara li nstab ħati li weġġa’ gravi lill-omm it-tfajla tiegħu waqt argument li seħħ 8 snin ilu.

Fil-Qorti ntqal li huwa reċediv u li qed jaffaċċja sfidi f’saħħtu hekk kif għandu kanċer.

Ħareġ ukoll li min dak iż-żmien ‘l hawn huwa qiegħed f’relazzjoni stabbli u biddel ħajtu.

Intqal li l-argument qam wara li l-omm issuspettat li r-raġel kien qed jeqlibha lil bintha wara li ċempel lil ħabiba tat-tfajla. Fl-argument ir-raġel weġġa’ lill-omm f’widejnha, b’konsegwenza li kellha nuqqas fis-smigħ.

Il-Maġistrat Josette Demicoli ordnat biex ir-raġel jingħata 3 snin trattament psikoloġiku ħalli jiġġieled ukoll il-vizzju tad-droga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend