“Irrid nuri li aħna kapaċi nagħtu kedda lil pajjiżi oħra”- Shaun Galea – One News

Notifiki

“Irrid nuri li aħna kapaċi nagħtu kedda lil pajjiżi oħra”- Shaun Galea

F’dan tmiem il-ġimgħa se tittella’ f’pajjiżna t-tieni edizzjoni tal-kompetizzjoni tat-triathlon magħrufa bħala superleague triathlon.

Tellieqa fl-inħawi ta’ Birgu u ta’ Bormla fejn nhar is-Sibt u l-Ħadd l-aqwa atleti tat-triathlon, jiġifieri l-għawm, il-ġiri u ċ-ċikliżmu f’daqqa, se jkunu f’pajjiżna għal kompetizzjoni mxandra madwar id-dinja b’udjenza ta’ iktar minn biljun persuna.

Fost il-kompeturi hemm l-atleta Malti Shaun Galea ta’ 21 sena, wieħed mill-iktar atleti tat-triathlon promettenti f’pajjiżna li fl-aħħar xhur rebaħ diversi kompetizzjoniijiet lokali f’dan l-isport.

Fost dawn, rebaħ il-kampjonat lokali tat-triathlon fuq distanza ta’ sprint kif ukoll fuq distanza olimpika u huwa ċ-ċampjin renjanti f’pajjiżna tad-duathlon u l-aquathlon.

Ma’ ONE News spjega kif kien avviċinat mill-atleta magħruf Xandru Grech biex ikun l-unika Malti f’din it-tellieqa fost ismijiet magħrufa.

Galea stqarr: Dis-sena apporachjani Xandru Grech li issuġġerili li nippruvaw nidħlu f’din l-event li anka bħala event il-Maltin ikollhom lil xi ħadd li jistgħu jissapportjaw u għalija hija opportunita sabiħa ħafna. M’ilniex ħafna li sirt naf li ħa nieħu sehem u nippruvaw nagħmlu l-aħjar li nistgħu.”

Shaun qal kif din il-kompetizzjoni hija ħarxa ferm hekk kif se jkun qed iħabbatha ma’ 60 atleta professjonali, uħud minnhom anke olimpiċi.

Galea sostna: “Nixtieq nuri li avolja dawn atleti ilhom jikkompetu, li jikkompetu fl-Olympics, ħa jikkompetu fl-Olympics is-sena d-dieħla li għandhom ħafna affarijiet li aħna bħala pajjiż żgħir m’għandiex imma nixtieq nuri li aħna kapaċi nieħdu sehem f’dawn l-events u hopefully ‘il quddiem inkunu nistgħu inkunu hemm biex nagħtu kedda lil pajjiżi oħra wkoll.”

Fost dawn l-atleti hemm l-atleta Olimpiku Hayden Wilde minn New Zealand, li fl-edizjoni tas-sena l-oħra ġie mlaqqam bħala l-‘Maltese Falcon’ għal mod kif irkupra minn bidu ħażin fit-triathlon biex irnexxielu jirbaħ stadju minnha.

B’din is-sena Wilde iffukat li jirbaħ it-tellieqa kollha kemm hi.

Wilde qal: “For me its a big goal to do well, its my last race of the season. Last year I only got a stage win so this year I wanna take the overall win.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend