In-nisa fis-suq tax-xogħol żdiedu b’16% – One News

Notifiki

In-nisa fis-suq tax-xogħol żdiedu b’16%


Is-sena l-oħra, f’Malta r-rata tax-xogħol għall-persuni bejn l-20 u l-46 sena kienet ta’ fuq it-tliet kwarti fil-mija.

Dan ifisser aktar minn 5% mill-mira Ewropea għall-2020.

 F’lista ta’ indikaturi li ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bejn l-2013 u l-2018 intqal li s-settur tas-servizzi kien l-aktar li kkontribwixxa għaż-żidiet tal-impjiegi.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li s-sena l-oħra, ir-rata tal-qgħad kienet ta’ 3.7% kważi n-nofs tal-medja Ewropea.

L-istatistika tispjega li r-rata ta’ żgħażagħ mhux jaħdmu u lanqas jistudjaw jew jitħarrġu kienet ta’ ftit aktar minn 7%, taħt il-medja Ewropea wkoll hekk kif din hi ta’ ‘l fuq minn 10%.

 Fl-2018 ir-rata ta’ dawk li jħallu l-iskola kmieni f’Malta kienet ta’ ftit aktar minn 17% iżda l-pajjiż naqqas dan b’aktar minn 3%.

Dan għalkemm pajjiżna għadu fuq il-medja Ewropea.

Ir-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol żdiedet ukoll b’mod qawwi bejn l-2013 u l-2018.

F’kuntest t’aktar miżuri favur il-familja fosthom is-servizz taċ-child care b’xejn u anki t-trasport b’xejn għat-tfal tal-iskejjel kollha, ir-rata tan-nisa fid-dinja tax-xogħol żdiedet b’17%, biex illum laħqet it-68%.

Malta qabżet ukoll il-mira ffissata għall-2020 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ persuni li għandhom bejn it-30 u l-34 sena u li kisbu kwalifiki minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji bħall-Università.

Is-sena l-oħra, ir-rata kienet ta’ kważi 35% u l-mira kienet ta’ 33%.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend