Imkisser ċirku tal-pornografija tat-tfal – One News

Notifiki

Imkisser ċirku tal-pornografija tat-tfal

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan irnexxielu jagħlaq sit ta’ pornografija tat-tfal li kien qed jopera permezz ta’ dak li jissejjaħ id-Dark Web.

Bl-għajnuna ta’ imsieħba internazzjonali fir-Renju Unit u l-Korea t’Isfel, prosekuturi Amerikani ressqu akkużi ta’ reklamar, produzzjoni u distribuzzjoni ta’ pornografija tat-tfal kontra Joo Woo Son mill-Korea t’Isfel.

Is-sit kien jinkludi madwar kwart ta’ miljun filmati porngrafiċi li fihom jinkludu tfal.

Intant ġew arrestati 338 suspettat membru ta’ din is-sit f’12 il-pajjiż differenti.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend