Il-PL għandu kull intenzjoni li jikkopera dwar il-bidla fil-klima – One News

Notifiki

Il-PL għandu kull intenzjoni li jikkopera dwar il-bidla fil-klima

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-emendi għall-mozzjoni dwar il-klima li kienet diskussa fil-Parlament ilbieraħ iwasslu biex Malta terġa’ tirriaferma emerġenza jew kriżi klimatika. Dan kif effettivament sar erba’ snin ilu biss, meta fl-2015 il-Parlament approva unanimament liġi esklussivament dwar is-suġġett.

Filwaqt li jagħtu dettalji speċifiċi dwar xogħol li sar, impenji għall-futur u jikkoreġu punti tekniċi, l-emendi mhumiex kontradittorji għall-mozzjoni oriġinali.

Għalhekk m’għandux ikun hemm diffikultà biex il-Kamra tar-Rappreżentanti tapprovaha unanimament.

Il-Partit Laburista għandu kull intenzjoni, kif wera fl-2015, li jfittex kull tip ta’ koperazzjoni fuq dan il-qasam, temmet tgħid l-istqarrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend