Christine Lagarde tinħatar President tal-Bank Ċentrali Ewropew – One News

Notifiki

Christine Lagarde tinħatar President tal-Bank Ċentrali Ewropew

Christine Largarde inħatret President tal-Bank Ċentrali Ewropew, hekk kif il-mexxejja Ewropew qablu bejnithom fis-summit tal-Kunsill Ewropew.

L-ex kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Ministru tal-Finanzi Franċiza ġiet appuntata għal terminu ta’ tmien snin.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha, fi tweet Lagarde rringrazzjat lil mexxejja Ewropew u qalet li qed tistenna bil-ħerqa sabiex taħdem biex iżomm iż-żona Euro stabbli.

Hija se tkun qed tieħu post Mario Draghi, bit-terminu tagħha jibda fl-ewwel ta’ Novembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend