BIL-FILMAT: “Xorta nistgħu ma nispiċċawx l-aħħar” – Iż-Żażu – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: “Xorta nistgħu ma nispiċċawx l-aħħar” – Iż-Żażu

Wara t-telfa tat-tim nazzjonali tal-futbol kontra l-Gżejjer Faroe li poġġiet lil Malta fl-aħħar post, il-kowċ tat-tim nazzjonali Raymond “Żażu” Farrugia jemmen li Malta xorta tista’ ma tispiċċax l-aħħar fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-EWRO 2020.

Fl-ajruport internazzjonali crew tal-programm ONE Breakfast stenna lill-kowċ nazzjonali biex jieħu l-kummenti tiegħu hekk kif it-tim irritorna wara d-disfatta tat-Tlieta li għadda.

“Diżappuntat ħafna bit-telfa pero rridu nibqgħu sejrin. Xorta għandna ċans li ma nispiċċawx l-aħħar.”

Id-diżappunt taż-Żażu esprimih ukoll il-President il-ġdid tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol Bjorn Vassallo, li qalilna li stenna aħjar mill-plejers.

“Ovvjament diżappuntat baħseb bħall-Maltin kollha m’hemmx dubju illi stennejna ħafna aħjar mill-performance tal-plejers tagħna.”

Wara kwart ta’ seklu Malta kellha opportunità li ma tispiċċax l-aħħar fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni iżda bit-telfa li ġarrab it-tim, l-affarijiet jidhru ferm għat-telgħa hekk kif issa Malta jmissha tilgħab barra minn darha kontra Spanja imbagħad taffaċċja f’Ta’ Qali l-qawwa fiżika Norveġiża.

Mitlub jikkummenta jekk tefax pressjoni żejda fuq it-tim meta għalih il-logħba kontra l-Gżejjer Faroe kienet daqs finali, il-kowċ tat-tim nazzjonali wieġeb hekk.

Il-President tal-MFA saħaq li jeżisti pjan biex il-futbol Malti jieħu r-ruħ.

“Pero għandna pjan, pjan fit-tul, tkellimnih. Għandna pjan ukoll bħala quick fix, beħsiebna nidħlu fih, nemmnu fih illi ovvjament jinkludi li jkollna iktar plejers professjonali.”

Min-naħa tiegħu, iż-Żażu weġibna hekk meta staqsejnih jekk il-pożizzjoni tiegħu għadiex tennibli wara telfa kontra gżejjer li jgħoddu mal-ħamsin elf ruħ.

Bil-President tal-MFA weġibna wkoll dwar il-kuntratt tal-kowċ u qalilna li fiż-żmien li ġej se jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa.

“Il-kowċ għandu kuntratt sal-aħħar ta’ din is-sena, xħin tispiċċa l-competition. Ħa jkollna żmien biżżejjed biex nevalwaw dan kollu u imbagħad ovvjament nieħdu dawk id-deċiżjonjiet li għandna bżonn nieħdu.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend