Id-deputati tal-fazzjoni Busuttil li l-Erbgħa filgħaxija attendew għall-mixja biex tfakkar sentejn mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ċapċpu kemm felħu meta waħda mill-kelliema talbet lill-ġemgħa tikkritika b’vuċi akbar lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Adrian Delia għax mhix kredibbili.
F’botta ċara għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, Martina Farrugia waħda mill-kelliema li ntalbet tindirizza l-attività ta’ Occupy Justice qalet li pajjiżna għandu bżonn Oppożizzjoni kredibbli u b’saħħitha.
Dikjarazzjoni li ntlaqgħet b’ċapċip mhux biss mill-ġemgħa preżenti iżda b’mod partikolari mill-fazzjoni tad-deputati ta’ Simon Busuttil. Fosthom Karol Aquilina, David Casa u Jason Azzopardi li ċapċpu bis-saħħa għal din id-dikjarazzjoni ta’ attakk lejn il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Fuq quddiem nett tal-attività kien hemm l-eks Kap tas-segretarjat tal-Ministru Austin Gatt, Manuel Delia li deher jippunta subgħajh u jgħid lill-ex report tal-BBC John Sweeney li kien hemm crew ta’ One News għal din l-attività pubblika fit-toroq tal-Belt.
B’żewġt imwejjed quddiem il-qorti b’barmil fuqu, l-organizzaturi ħeġġu lil dawk preżenti jagħtu flushom għal din l-attività.
B’attivist Nazzjonalista jgħid waqt li mill-qtil ta’ Caruana Galizia, il-Partit Nazzjonalista ma akkwista xejn. Hemm min illum li min-nullità minsija qiegħed ibigħ ħidmietha biex jimla’ butu.
Minbarra l-istorbju u l-għajjat fit-toroq tal-Belt, l-aktar li ġibdu attenzjoni fuqhom kienu d-deputati nazzjonalisti tal-fazzjoni Busuttil. Simon Busuttil, Karol Aquilina, David Casa, Jason Azzopardi, li ma waqfux iċapċpu u juru l-approvazzjoni tagħhom għal dak kollu li kienet qiegħda twettaq u tgħid l-Occupy Justice. Dan ftit sigħat biss wara li Adrian Delia tkeċċa mill-istess post li kienu fih.
Filwaqt li l-kuruna tal-fjuri li Adrian Delia pprova jpoġġi f’ħoġor il-monument tal-assedju l-kbir f’isem il-Partit Nazzjonalista spiċċat mormija wara l-istess monument.