Raġel li kien fis-sakra tressaq il-Qorti wara li qajjem paniku sħiħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta meta telaq jiġri fiż-żona fejn l-ajruplani jkunu pparkjati.
Il-każ ġara fis-siegħa bikrin tal-Erbgħa filgħodu meta David Matthew Griffen ta’ sitta u ħamsin sena mill-Irlanda daħal f’żona restritta tal-Ajruport.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lara Butters li spjegat kif it-turist, li kien taħt l-effett tal-alkoħol, l-ewwel prova jkisser bieb fit-toilet tal-ajruport imbagħad fetaħ bieb tas-sigurtà u ħareġ jiġri ħdejn l-ajruplani f’żona ristretta tal-ajruport.
Bir-raġel ġie arrestat wara li ġrew warajh il-pulizija tal-ajruport.
Ir-raġel skuza ruħu ta’ dak li jagħmel.
Bil-Maġistrat Simone Grech sabitu ħati u tatu sentenza ta’ sentejn ħabs sospizi għal erba’ snin. Hija qalet li azzjoni tiegħu ħolqot paniku u inkwiet fl-ajruport.