Ingħata l-ħelsien mill-arrest Jonathan James Borg ta’ tmienja u tletin sena li qiegħed jiġi akkużat li ħa flus li kienu tal-kumpanija li kien jaħdem magħha.
Dan il-każ ġara f’Mejju u Ġunju ta’ din is-sena. Minkejja li f’Marzu li għaddha huwa wettaq reati oħra simili.
Il-kumpanija, Raketech, kellha tirċievi flus mingħand klijenti tax-xogħol li għamlet ta’ riklamar fis-settur tal-gaming.
Iżda l-kumpanija li kien jaħdem magħha baqgħet qatt ma rċiviet il-flus, għax jirriżulta li l-akkużat bidel in-numru tal-kont tal-bank tal-klijenti għar-Revolut tiegħu.
Għall-akkużat deher l-avukat Ezekhiel Psaila.