Il-ħolqien tax-xogħol ta’ kwalità jibqa’ prijorità tal-Gvern – One News

Notifiki

Il-ħolqien tax-xogħol ta’ kwalità jibqa’ prijorità tal-Gvern

Il-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità jibqa’ prijorità prinċipali għal dan il-Gvern. Dan qalu l-Ministru Chris Cardona meta flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo spjega miżuri tal-baġit 2020 li laqtu s-suq tax-xogħol.

Fil-kwartieri ta’ kumpanija tal-manifattura f’Ħal Far kien spjegat kig impjieg ta’ kwalità, produttiv u li jrendi huwa l-iktar sors importanti mhux biss għad-dħul ta’ kull individwu, imma wkoll għal avvanz soċjali tiegħu u tal-familja tiegħu. Fuq kollox huwa kruċjali wkoll għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż, li fl-aħħar snin kiber b’mod sostanzjali.

Il-Ministru Cardona qal ukoll li dan il-baġit ta siensiela sħiħa ta’ miżuri u iniżjattivi, f’dak li hu kummerċ, finanzi u politika ta’ investiment, flimkien mal-ħarsien tas-suq tax-xogħol u soċjali. Dawn huma kriterji li jsaħħu lil xulxin u jwasslu għal tkabbir ekonomiku sostenibbl, u fuq kollox inklussiv. Min-naħa tiegħu l-Ministru Evarist Bartolo qal li l-Gvern għal darb’oħra ppremja l-bżulija tal-poplu Malti, fost oħrajn b’żieda ta’ ġurnata oħra leave għall-ħaddiema.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend