Filmat ħelu li ttella’ fuq il-paġna tal-ammiraturi tal-annimali Rubs Puppy Love u li segwewh mijiet ta’ persuni juri l-attitudni mhux tas-soltu ta’ kelb manz bl-isem ta’ Jack.
Il-filmat juri sid il-kelb tiddiskuti u tipprova tkellem lill-kelb fil-karozza wara żjara għand il-‘vet’.
Iżda kif juri ċar il-filmat Jack donnu ma ħa xejn pjaċir biż-żjara li għamel għand il-veterinarju, b’sid il-kelb tidher sorpriża xħin dawwar wiċċu waqt li qaltlu “jtiha bewsa”.
Filmat: Nicole Cassar