Raġel ġarrab xi ġrieħi wara ħabta bejn żewġ xarabanks f’San Ġiljan – One News

Notifiki

Raġel ġarrab xi ġrieħi wara ħabta bejn żewġ xarabanks f’San Ġiljan

Raġel ta’ 32 mill-Maċedonja li joqgħod San Ġiljan ġarrab ġrieħi ħfief wara li x-xarabank li kien riekeb fuqha kellha impatt ma’ xarabank oħra.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:45 ta’ filgħodu fi Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan.

Huwa ttieħed l-isptar għal aktar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend