Il-President Tork m’aċċettax talba għall-waqfien mill-ġlied – One News

Notifiki

Il-President Tork m’aċċettax talba għall-waqfien mill-ġlied

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan m’aċċettax it-talba tal-Istati Uniti għall-waqfien mill-ġlied b’mod immedjat fin-naħa ta’ fuq tas-Sirja.
Erdogan iddikjara dan qabel żjara li għandha ssir mill-Viċi-President tal-Istati Uniti, u mis-Segretarju tal-Istat Amerikan, fit-Turkija.

Dawn l-iżviluppi fit-Turkija qed iseħħu wara li l-Istati Uniti rtiraw it-truppi tagħhom mis-Sirja wara snin jaħdmu mal-militanti Kurdi biex jeqirdu t-theddida tal-Istat Iżlamiku.

It-Turkija qalet li trid toħloq żona sigura fuq l-art tal-Kurdi li tmiss mal-fruntiera tagħha, u teqred fergħa ewlenija tal-militanti Kurdi meqjusa bħala waħda terroristika.

Skont in-Nazzjonijiet Magħquda, mindu bdiet l-offensiva tat-Turkija nqatlu għexieren ta’ Sirjani, u għexieren ta’ eluf oħra kienu sfurzati jħallu djarhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend