Għawdex jilqa’ b’mod tajjeb il-budget 2020 – One News

Notifiki

Għawdex jilqa’ b’mod tajjeb il-budget 2020

Bil-budget kellu parti sostanzjali ddedikata għal gżira tat-tliet għoljiet, Għawdex laqa’ sew is-sensiela ta’ miżuri ġodda u oħrajn estiżi li se jkompli jistimulaw l-ekonomija reġjonali iżda anki jattiraw iżjed investiment.

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija ħarġet sodisfatta bil-budget imressaq u semmiet fost l-oħrajn il-fond li se jinħoloq biex jinħadmu films f’din il-gżira l-ġmiel tagħha u l-iskema għax-xogħol f’Għawdex.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, Daniel Borg spjega: “L-introduzzjoni tar-raba’ vapur se tkun fuq bażi permanenti u anki li se jkompli x-xogħol fuq il-fast ferry u t-tieni fibre optic cable. Hawnhekk aħna fil-qasam tat-trasport bil-baħar imbagħad nemmnu kif semmejna anki fil-proposti tagħna li għandhom jiġu ddedikati aktar servizz għall-vetturi kummerċjali, imma ninnutaw anki aħna b’mod pożittiv li hemm pjan ċar fuq it-tkomplija tal-proġett tal-mina, aħna nemmnu bi sħiħ li dan il-proġett għandu jkompli bla waqfien.”

Min-naħa tagħha, l-Awtorità Għawdxija għat-Turiżmu qalet li l-budget 2020 qiegħed jara wkoll li ttejjeb anki l-prodott turistiku Għawdxi.

Saħqet li tilqa’ bi pjaċir il-pjan tal-Gvern li jibni mill-ġdid it-triq mir-Rabat għall-Marsalforn.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat stqarr:“Fond illi se jitwaqqaf biex jiġu organizzati konferenzi fil-gżira Għawdxija. Il-masterplans, it-tkomplija tal-masterplans tal-Marsalforn u tax-Xlendi u fil-masterplan ta’ Marsalforn hemm ukoll il-bidu ta’ xogħlijiet fuq il-breakwater ta’ Marsalforn.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend