Delia skorett dwar il-pagi tal-għalliema Maltin – One News

Notifiki

Delia skorett dwar il-pagi tal-għalliema Maltin

F’dagħdigħa negattiva sabiex jipprova jsib ma fejn jista’ jikkritika l-budget għas-sena 2020, l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kellu bosta fatti żbaljati.

Qal li l-paga tal-għalliema Maltin huwa l-iktar wieħed baxx fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Delia stqarr: “Is-salarju tal-għalliema huwa l-iktar wieħed baxx fl-Ewropa.”

Iżda Delia huwa żbaljat.

Minn rapport tal-Unjoni Ewropea ħareġ li fis-sena 2017/2018 kien hemm disa’ pajjiżi Ewropej li raw tnaqqis fis-salarji tal-għalliema. F’Malta, ir-rapport Ewropew juru li kien hemm żieda sinifikanti fis-salarji tal-għalliema.

Dan bis-saħħa ta’ żewġ ftehimiet kollettivi li kienu ffirmati mal-Gvern fl-aħħar snin li raw il-pagi tal-għalliema f’Malta jiżdiedu b’mod sostanzjali tant li s-salarji bażiku f’Malta qabeż dak fil-Portugall u laħqu s-salarji tal-għalliema fl-Italja.

ONE News staqsa lill-Kap Nazzjonalista jgħidilna kemm hi l-paga ta’ għalliema f’Malta. U kemm huma l-pagi fi Franza u l-Italja.

Iżda Delia, li ma kellux il-fatti f’idejh, baqa’ qal biss li l-pagi huma baxxi.

Meta mistoqsi kemm huma l-pagi tal-għalliema f’Malta u l-Italja, Delia stqarr: “Naf bħala fatt li skont statistika, s-salarju tal-għalliema huwa l-iktar wieħed baxx fl-Ewropa.”

Fl-2017 għalliem fi skala 7 kien jieħu ftit inqas minn €27, 000 ewro jekk ikun ilu 20 sena jgħallem. Fl-2021 dan se jkun qed jitla’ għal €34,500,  żieda ta’ €6,500.

F’każ li l-għalliema ma jkunx ilu 20 sena jgħallem se jkun qed jiżdied b’€4,500.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend