15-il persuna mejta wara li kien hemm ġlieda b’armi tan-nar fil-Messiku – One News

Notifiki

15-il persuna mejta wara li kien hemm ġlieda b’armi tan-nar fil-Messiku

15-il persuna tilfu ħajjithom fi Guerrero fil-Messiku wara li ntużaw l-armi tan-nar f’kunflitt bejn persuni armati u l-forzi tas-sigurtà. Din kienet it-tieni darba li seħħ attakk tal-massa f’dan il-pajjiż. Kelliem għas-Sigurtà pubblika qal li l-15-il persuna tilfu ħajjithom wara li seħħet ġlieda f’Tepochica.

Il-President tal-Messiku, Andres Manuel Lopez Obrador tafa’ r-respondabbilità ta’ dawn l-attakki fuq amministrazzjonijiet preċedenti tal-pajjiż. Hu kien qiegħed jiddefendi l-istrateġija tas-sigurtà wara li ftit tal-jiem ilu seħħ attakk ieħorfl-istat ta’ Michoacan fejn kienu tilfu ħajjithom 13-il uffiċjal tal-Pulizija.

Ċertament li fil-pajjiż se tkun qed titqajjem aktar pressjoni fuq il-President sabiex tiġi indirizzata s-sigurtà fil-pajjiż, wegħda li kien għamel l-elezzjoni f’Diċembru li għadda.

Guerrero u Michoacan huma żewġ stati vjolenti minħabba li t-traffikanti tad-droga jiġġieldu bejniethom sabiex jikkontrollaw r-rotti ta’ minn tgħaddi d-droga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend