Delia jsejjaħ il-budget xott, bla viżjoni u riċiklat – One News

Notifiki

Delia jsejjaħ il-budget xott, bla viżjoni u riċiklat

Budget Xott.

Hekk iddeskriva l-budget għall-2020 il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

F’konferenza tal-aħbarijiet wara l-preżentazzjoni tal-budget għas-sena d-dieħla, il-Kap Nazzjonalista kien negattiv aktar mis-soltu u kritika dan il-budget li se jkompli jippremja lill-familja bieżla, lil jwieżen lill-familji vulnerabbli u li jħares is-sostenibbiltà.

Budget b’wegħdi riċiklati”, sostna Delia.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li dan kien it-tielet budget bla taxxi u l-ħames wieħed konsekuttiv li se jżid lill-pensjonanti kollha tant li mis-sena d-dieħla se jiżdiedu b’€70 fil-ġimgħa. Il-ħaddiema se jirċievu bonus addizzjonali, u se jkun hemm tnaqqis fir-rata tat-taxxa tal-over time.

Iżda għall-kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista dawn ma jfissru xejn għax skont huwa budget riċiklat u ma jagħti xejn lil uliedna.

“U ma nagħtu tama xejn lil uliedna u għall-ġenerazzjonijiet tal-futur. Budget bla ideat”, kompla jfajjar l-aġġettivi negattivi Adrian Delia.

Minkejja li kritika kollox Adrian Delia ma kienx kapaċi jsemmi miżura waħda li minnha l-Gvern se jżid id-dħul tiegħu mingħand l-poplu.

Dan għaliex għal darb’oħra, il-budget reġa’ ta lill-poplu Malti bla ma messlu l-but.

Dan għall-kuntrarju ta’ dak li kien jitħabbar f’budget ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti, fejn il-budget kien problema u wġigħ ta’ ras għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.

Meta kien mistoqsi biex isemmi miżura waħda li l-Gvern ħa mingħand il-poplu, Delia wieġeb: “Il-Gvern ħadlek.”

B’reazzjoni għad-diskors ta’ Adrian Delia, fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-uniku ħaġa riċiklata hija n-negattività tal-Oppożizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend