Budget b’għaqal għal soċjetà aktar ġusta – One News

Notifiki

Budget b’għaqal għal soċjetà aktar ġusta

Budget b’għaqal għal soċjetà aktar ġusta”.

Hekk iddeskriva l-baġit għall-elfejn u għoxrin is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja, li rrimarka diversi miżuri li fi kliemu għandhom ikomplu jgħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli.

Fost l-oħrajn, semma l-miżura ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq is-sahra, iż-żieda fil-pensjonijiet, u miżuri favur il-persuni b’diżabilità.

Josef Bugeja mill-GWU sostna “Żgur li dawn jimmotivaw iktar lill-ħaddiema, irrelevanti min jimpjegahom, biex jaħdmu iktar. Il-fatt li jien u int nagħmlu l-istess xogħol u ma nitħallsux l-istess, żgur li joħloq dimotivazzjoni u pika żejda fuq il-postijiet tax-xogħol u dawn il-miżuri kollha anki l-ħlas addizzjonali ta’ ġurnata extra leave għandu joħloq ħaddiema iktar kuntenti fuq il-postijiet tax-xogħol, din illum qed nitkellmu fuq żieda ta’ tmien sigħat oħra leave imma b’kollox s’issa l-leave żdied b’24 siegħa kull sena.”

Josef Vella, mill-Unjin Ħaddiema Magħqudin, innota b’sodisfazzjon diversi miżuri ambjentali, għalkemm qal li seta’ indirizza aktar l-infrastruttura.

“Kien hemm ukoll tal-first time buyers li minn 150,000 telgħet għal 175,000, li hija tajba. Aħna fil-proposta tagħna konna tlabna li titla’ sa mitejn u ħamsin elf”, spjega Josef Vella mill-UĦM.

Marco Bonnici, mill-Unjin tal-Għalliema, iddeskriva l-baġit għas-sena d-dieħla bħala wieħed ta’ kontinwazzjoni, u semma bosta miżuri fil-qasam tal-edukazzjoni li jittama li jitwettqu.

Bonnici stqarr: “Huwa budget ta’ kontinwazzjoni, fih numru ta’ miżuri tajbin. Huwa budget li ma jitfax piżijiet ġodda partikolarment fuq l-għalliema u l-edukaturi, naqra diżappuntati li ma laqax diversi talbiet li għamilna aħna.”

Sentiment komuni fost dawk li taw ir-reazzjoni tagħhom għall-budget kien dak li anki jekk kien hemm xi miżuri li xtaqu li jsiru iżda li ma ġewx inklużi f’dan il-budget, mhux se jaqtgħu qalbhom biex dawn isiru fil-budgets futuri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend