Anzjan ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi – One News

Notifiki

Anzjan ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi

Anzjan ta’ 74 sena minn Ħal Qormu qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura tal-għamla Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 26 sena minn Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 tat-Tnejn filgħaxija fi Triq il-Vitorja Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend