Inċentivi għall-ħolqien ta’ impjiegi f’Għawdex – One News

Notifiki

Inċentivi għall-ħolqien ta’ impjiegi f’Għawdex

Wara li matul is-sena, komplew jiżdiedu l-impjiegi f’Għawdex, il-Gvern ħabbar inċentivi ġodda li se jwasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi fil-gżira tat-tliet għoljiet.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li s-sena d-dieħla nħoloq fond ġdid biex Għawdex ikun destinazzjoni għall-konferenzi.

Permezz tal-Gozo Business Scheme, il-Gvern se jkompli jinċentiva lis-settur privat billi jtejjeb l-istartup tax credit għal negozji ġidda miftuħa f’Għawdex.

Ħabbar li se jingħataw inċentivi fiskali, fost l-oħrajn fuq spejjeż ta’ traslokar lil dawk il-kumpaniji li jirrilokaw l-operat tagħhom lejn Għawdex u għal dawk il-kumpaniji li joħolqu impjieg ġodda fil-qasam tat-teleworking u back office minn għawdex.

Tħabbar ukoll li wara s-suċċess tal-pakkett li ddaħħal għall-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin li jaħdmu u jistudjaw Malta dan se jiġi estiż. Fil-fatt minbarra l-benefiċċju għall-kiri ta’ akkomodazzjoni li qed jingħata lill-istudneiti għawdex, se jkompli jissaħħaħ bil-proġett tal-hostel Villa Lauri.

Il-Minsitru Sicluna qal li l-konnettiva tibqa’ prijorietaà ewlenija. Qal li l-introduzzjoni tar-raba’ vapur fil-flotta tal-Gozo Channel kien proġett pilota li rnexxa. Qal li issa l-kumpanija tinsab f’pożizzjoni ferm aħjar biex tagħmel l-investiment meħtieġ biex ikollha r-raba’ vapur.

Żied jgħid li l-proġett tat-tieni fibre optiċ jinsab fi stadju avvanzat ħafna.

Dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, ingħad li fix-xhur li ġejjin se jkompli jiġu konklużi aktar stdujji minn diversi oqsma fosthom id-disinji preliminari tal-mina, l-impatt ambjetali, ekonomiku u soċjali ta’ dan l-investiment. Qal li fil-ġimgħat li ġejjin se joħrop kwestjonarju b’tagħrif tekniku biex investiturir prospetttivi jikkonfermaw li għandhom il-ħiliet u l-kapaċità biex iwettqu l-proġett.

Tħabbbar ukoll li matul is-sena d-dieħla se jkompli l-bini ta’ toroq mill-ġdid f’Ghawdex, fosthom Triq l-Imġarr li min-Nadru tinżel għall-port u t-tirq li mir-Rabat twassal għall-Marsalforn.

Il-Ministru Sicluna żied jgħid li s-sena d-dieħla jiltestew għadd ta’ proġett foshtom iċ-ċentru l-ġdida tas-saħħa, id-dar għall-anzjani u żona għall-intraprendituri żghar fiż-żona magħrufa bħala tal-Ħofra.

Matul is-sena d-dieħla se tiġi varata wkoll l-istrateġija l-ġdida għat-Turiżmu

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend