Il-GRTU tiddeskrivi l-Baġit bħala wieħed pożittiv – One News

Notifiki

Il-GRTU tiddeskrivi l-Baġit bħala wieħed pożittiv

L-ewwel reazzjonijiet tal-President tal-GRTU Paul Abela b’rabta mal-baġit li għadu kif ġie ppreżentat fil-Parlament ilejla. Abela sostna li fost l-aktar miżuri li laqtu l-GRTU hemm dik tat-tresfiriment tan-negozji żgħar lill-familji minn 5% għal 1.5%. Miżura oħra li niżlet tajjeb mal-GRTU hija dik tal-100 siegħa illi l-impjegat iħalla 15% ħa tolqotna tajjeb ħafna għax min għandu l-impjegati miegħu li ma kienx għal din il-miżura imur jagħmel part time ma xi ħadd ieħor u hekk jista jibqa’ jaħdem miegħek.

Anki ż-żieda ta’ €3.49 tikkumplimenta dak iż-żieda tal-pensjonanti għal 7 euro u bħal ma taf bħala GRTU kull infieq li ħa jkun hemm ħa jgawdi minnu r-retailer kollu. Abela sostna li miżura oħra li laqtitna hija dik ta’ €17,000 li ħa jagħmel is-self il-Gvern lil dawn li jixtiequ jixtru post u għandhom taħt l-40 sena.

Dwar il-Housing Soċjali Abela laqa’ l-ħidma li qed issir fir-rigward u saħaq li l-Gvern għandu jibqa’ jinvesti f’settur tant sensittiv għas-soċjetà Maltija.

Il-GRTU laqgħet ukoll il-miżuri tas-sick leave għal persuni bil-kanċer, miżura li mhu se tkun qed titfa l-ebda piż fuq min iħaddem hekk kif se jkunu qed jerfahom il-Gvern.

F’isem il-GRTU, Abela laqa’ wkoll il-ħidma li qed issir sabiex il-gżira Għawdxija jkollha r-raba’ vapur b’mod permanenti kif ukoll bl-iżvilupp tal-fast ferry.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend