Budget li jirriffletti t-tkabbir ekonomiku li għaddej bħalissa f’pajjiżna – GTA – One News

Notifiki

Budget li jirriffletti t-tkabbir ekonomiku li għaddej bħalissa f’pajjiżna – GTA

Iċ-Chairman tal-Awtorità Għawdxija għat-Turiżmu Joe Muscat qal ma’ ONE News kif il-budget għas-sena d-dieħla qed jirriffletti t-tkabbir ekonomiku li għaddej minnu pajjiżna.

Muscat semma’ kif il-miżuri tal-budget 2020 se jolqtu pożittiv lill-gżejjer Għawdxin, bħax-xiri tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel u anke kif se ssir is-sistema tal-biljetti online.

Il-GTA laqgħet b’sodisfazzjon il-bidu tal-masterplans ta’ Marsalforn u tax-Xlendi, li fosthom Muscat semma’ l-breakwater ta’ Marsalforn.

Is-Sur Muscat semma’ wkoll il-bini ta’ diversi toroq f’Għawdex li jkompli jgħin is-settur turistiku Għawdxi.

Huwa semma’ kif dawn il-miżuri se jkomplu jkabbru s-settur turistiku Għawdxi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend