44 sena mit-traġedja tal-ajruplan Vulcan li ġġarraf fuq Ħaż-Żabbar – One News

Notifiki

44 sena mit-traġedja tal-ajruplan Vulcan li ġġarraf fuq Ħaż-Żabbar

Bħal-lum 44 sena, f’Ħaż-Żabbar kienet seħħet it-traġedja tal-ajruplan Vulcan, traġedja li fiha ajruplan militari Ingliż sploda u ġġarraf fuq din il-lokalità.

Kien l-14 t’Ottubru tal-1975 għal ħabta tas-13:15 meta ajruplan militari Ingliż deher jaqbad waqt l-inżul, fejn sploda u ġġarraf fuq Ħaż Żabbar.

F’dan l-inċident mietu 6 persuni, Vincenza Zammit ta’ 48 sena u ħames membri tal-ekwipaġġ, li kollha kemm huma kienu Ingliżi. Filwaqt li tnejn oħra mill-ekwipaġġ salvaw għaliex laħqu qabżu bil-paraxut.

L-ajruplan waqa’ f’għelieqi qrib Triq Santa Domenica iżda biċċiet minnu niżlu fuq l-iskola tal-istess lokalità.

Barra s-6 vittmi li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident weġġgħu 20 Żabbari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend