Titqajjem kuxjenza ta’ kif nittrattaw l-iskart elettroniku – One News

Notifiki

Titqajjem kuxjenza ta’ kif nittrattaw l-iskart elettroniku

L-14 t’Ottubru hija l-ġurnata internazzjonali tal-eWaste. L-għan ta’ din il-ġurnata hija biex jizdied l-għarfien dwar kif wieħed għandu jittratta l-iskart elettroniku.

L-iskema WEEE Malta se tmexxi kampanja għal dan il-għan billi tiffoka fuq kif għandhom ikunu trattati Air Conditions mormija, kif spjega l-maniġer tal-operazzjonijiet ta’ WEEE Malta, Sergio Mallia.

Mallia qal li “Jieħdu ianzjattivi sabiex inkabbru kemm biex niġbru iktar, biex nitrattaw aktar u aħjar u fl-aħħar ikollna r-riċerkilaġġ ta’ din ir-riżorsa li terġa’ tintuża b’mod sostennibli għas-saħħa tagħna u anke tad-dinja kollha.”

Huwa stmat li fl-2019 sa Settembru, WEEE Malta ġabret 1264 tunellata ta’ skart elettroniku, 28% iktar mill-istess perjodu fl-2017. Fost l-aktar skart miġbur hemm fridges u freezers, apparat domestiku kbir, u screens.

 

Skart miġbur sa Settembru 2019

Fridges u Freezers

34%
Apparat Domestiku Kbir 29.5%
Screens 10.6%

Skart ieħor jinkludi apparat teknoloġiku ieħor jew apparat żgħir li jintuża fid-djar.

Is-Sur Mallia spjega li f’sessjoni informattiva ma’ diversi importaturi, ħaddiema, u negozjanti li se tittella’ t-Tnejn, se jkunu nnutati modi kif l-isfida tal-mod kif wieħed jittratta dan it-tip ta’ skart tkun miġġielda.

Dan għaliex jekk skart elettroniku ma jkun trattat kif suppost, kapaċi jkun ta’ detriment għas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

Mallia sostna li “Aħna flimkien anke mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, anke mal-awtorità tal-konsumatur u l-kompetizzjoni qed nippruvaw li dan it-tip ta’ suġġett intellawh fuq l-agenda ħalli flimkien anke b’aktar għarfien ikollna aktar riżultati tajbin.”

Il-Kummissajru Ewropew għall-Ambjent, Karmenu Vella stqarr li din il-kwistjoni qed tolqot lil kull wieħed u waħda minnha hekk kif min tal-inqas 40 miljun tunnellata ta’ eWaste qed jispiċċaw fil-landfills.

Il-Kummissarju Vella qal li “Prevention and dealing with eWaste will be part and parcel of our coming work. This means recycling all our electronic waste were it cannot be avoided. But it also means rethinking the value chain for electronic goods. It means considering their appropriateness for its use or recycling from conception. It means even going beyond prioritizing the materialization and close loop systems. “

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend