L-għassa mal-priġunieri tal-IS mhix se tibqa’ prijorità għall-Kurdi – One News

Notifiki

L-għassa mal-priġunieri tal-IS mhix se tibqa’ prijorità għall-Kurdi

Il-Kurdi sostnew li huma mhux se jibqgħu jgħassu lill-ħabsin tal-Istat Iżlamiku jekk it-Turikija se tkompli bl-offensiva kontrihom fis-Sirja. Il-Forzi Demokratiċi Sirjani mmexxija mill-Kurdi, l-SDF, bħalissa qed iżommu eluf ta’ ħabsin li huma susspetati li huma militanti tal-Istat Iżlamiku.

Żonti fil-Grigal tas-Sirja li huma taħt il-kontroll tal-SDF ġew ibbombardjati b’mod qawwi minn mindu t-Turkija bdiet bl-operazzjoni tagħha fis-Sirja nhar l-Erbgħa li għadda. Infatti qed jiġi rrapurtat li aktar minn 50 persuna ċivili mietu.

Fi żvilupp ieħor, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit tas-Sirja tal-Ġejjieni, Harvin Khalaf, u li hija attivista għad-drittijiet tan-nisa kient fost id-disa’ nies ċivili li matul il-jum tas-Sibt inqatlu fi triq fit-Tramuntana tas-Sirja. Skont stqarrija maħruġa mill-Partit, Khalef kienet fi triqitha lura minn laqgħa f’Hasaka.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend