Taljan ta’ 23 sena ndarab gravi wara inċident bil-mutur fin-Naxxar.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-02:15 fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel Taljan ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Piaggio Beverly meta għal xi raġuni ħabat ġol-barriera tat-triq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.