Żewġ missili jolqtu tanker taż-żejt Iranjan – One News

Notifiki

Żewġ missili jolqtu tanker taż-żejt Iranjan

Żewġ missili laqtu tanker taż-żejt Iranjan qrib il-kosta tal-Arabja Sawdija u kkawżaw ħsarat fuq ż-żewġ tankijiet ewlenin tal-ħażna tal-bastiment. Kawża ta’ dan l-attakk qed joħroġ iż-żejt fil-Baħar l-Aħmar. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Il-bastiment bla isem, li allegatament huwa tal-kumpanija taż-żejt nazzjonali Iranjana, l-NOIC, kien 60 mil mill-belt Jeddah.

Dan l-inċident isegwi xhur ta’ tensjonijiet bejn l-Iran u l-Arabja Sawdija. Ix-xahar li għadda 18-il drone u seba’ missili laqtu faċilità taż-żejt fl-Arabja Sawdija. Uffiċjali tal-Istati Uniti qalu li l-Iran kienu responsabbli wkoll għall-attakki fuq żewġ tankers Sawdi taż-żejt fil-Golf f’Ġunju u Lulju, kif ukoll fuq erba’ tankers oħra f’Mejju li għadda. L-Iran ċaħdu l-involviment tagħhom f’dawn l-inċidenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend