Jum l-Annimali fl-iskola primarja taż-Żebbuġ, Għawdex – One News

Notifiki

Jum l-Annimali fl-iskola primarja taż-Żebbuġ, Għawdex

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri żar l-iskola primarja taż-Żebbuġ f’Għawdex fejn ġie organizzat Jum l-Annimali. 

 Is-Segretarju Parlamentari faħħar l-inizjattiva li ħadet l-iskola u qal li l-għan ewlieni tal-gvern hu li nkomplu nkabbru l-għarfien edukattiv dwar l-annimali kif ukoll il-benefiċċji li huma marbutin mar-relazzjoni bejn il-bniedem u l-annimali għax it-trattament xieraq tal-annimali jibqa’ fuq nett tal-aġenda ta’ dan il-Gvern.

Clint Camilleri semma diversi inizjattivi li saru fejn jidħol il-ħarsien tal-annimali. Fakkar li ssaħħu l-pieni kontra l-moħqrija tal-annimali – piena massima sa €80,000, daħlet il-liġi magħrufa kontra l-klieb marbuta u ġew implimentati regolamenti ġodda fejn identifikajna kundizzjonijiet xierqa meta żiemel jintuża bhala parti mit-tradizzjoni tal-karozzini.

 Clint Camilleri spjega li kompla jsir investiment fis-santwarji fejn fil-budget li għadda nżammet iż-żieda fl-allokazzjoni fl-Animal Welfare Fund minn €65,000 għal €85,000 u tnediet l-inizjattiva tas-servizzi veterinarji b’xejn li kienet suċċess. Barra minn hekk, kompla jiġi offrut is-servizz ta’ veterinarju bla ħlas lill-NGOs li joperaw fis-settur tat-trattament xieraq tal-annimali u fis-santwarji tal-annimali u qed ikun offrut ukoll fond ta’ għajnuna lis-santwarji biex jassistu lill-Animal Welfare fir-rehoming tal-klieb u tal-qtates. Clint Camilleri semma l-introduzzjoni ta’ skema b’valur ta’ €120,000 sabiex kunsilli lokali jkunu jistgħu jagħmlu proġetti fil-lokal tagħhom kemm f’dawk li huma dog parks u cat cafes kif ukoll inizjattivi relatati ma’ neutering u ma’ promozzjoni favur il-ħarsien tal-annimali. Din l-iskema se tibda titħaddem fil-ġranet u fil-ġimgħat li ġejjin.

 Waqt din l-attività ġiet organizzata quddiesa u wara sar it-tberik tal-annimali. Dan filwaqt li kien hemm diversi diskussjonijiet u attivitajiet interessanti għat-tfal kemm mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali kif ukoll mill-Petting Farm.

 Ritratti (MESDC_PS)

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend