Il-Professur Malti li emigra lejn l-Awstralja u li qatt ma żamm flus lill-Maltin – One News

Notifiki

Il-Professur Malti li emigra lejn l-Awstralja u li qatt ma żamm flus lill-Maltin

44 sena ilu ppakkja l-bagalji u bħal Maltin oħra emigra lejn l-Awstralja.

Iżda bħal ma jgħid huwa stess, meta wasal in-naħa l-oħra tad-dinja, sab lilu nnifsu prattikament imexxi l-komunità Maltija, hekk kif b’differenza għall-maġġoranza tal-emigranti Maltin, huwa kien gradwat tal-Università.

Din hi ħajjet il-Professur Malti Stephen Gatt ta’ 67 sena, li f’karriera twila fil-qasam mediku, speċjalizza b’mod partikolari fl-anastesija u fil-obstetrija, fejn kiteb kważi 300 publikazzjoni xjentifika u ħames kotba fost oħrajn.

Karriera li ħadet lill-Professur jikkura u jgħallem mal-erbat irjieħ tad-dinja. Ħidma li anke ratu jsir President tas-soċjetà tal-obstetrija tal-Asja u l-Oċeanja u anke professur fl-Indonesja.

Il-Professur Gatt qal li “Ittraveljajt id-dinja bħal ma ħadd ma ttravelja d-dinja u mhux qed ngħidu f’postijiet tas-soltu fejn immorru imma Lesotho, Botswana u Patagonia u Lapland u ħafna postijiet bħal dawn.”

Minkejja li kien ġej minn pajjiż ċkejken li sa dak iż-żmien kienu l-waħdiet li semgħu bih, il-Professur Gatt ta’ kontribut kbir fil-qasam mediku u ta’ dan ġie rikonoxxut.

“Għandi l-Order of Australia u fl-anastesija il-bieraħ tlura tawni Honorary Membership of the Association of Anastehisits of Malta l-AAM u kien hemm biss wieħed qabli li qatt ħadha din f’Malta stess u dan hu Dr. Nazzreno Azzopardi u Żaren huwa wieħed mill-leġendi f’Malta tax-xogħol li għamel fl-Anastesija”, tenna l-Professur Gatt.

Iżda minkejja s-suċċessi personali, qatt ma nesa’ minn fejn beda.

Il-Professur Gatt sostna li “F’44 sena li ilni l-Awstralja qatt ma ċċarġjajt lil Malti la għal advice, la għal mediċina, u la għall-kura. Il-Maltin tawni xi ħaġa sabiħa ħafna u dik hija l-aħjar edukazzjoni li qatt seta’ jkolli.”

Ma’ nesa qatt lanqas lill-gżejjer Maltin, hekk kif iżur art twelidu tal-inqas darba fis-sena, biex jikkontribwixxi anke fil-qasam mediku lokali.

L-iktar ħaġa sabiħa li għandi f’Malta is one of those holy places, niġi għax nieħu gost niġi, niġi għax għandi x’nagħmel, niġi għax hemm xi ħaġa li I feel li għandi nagħti lura lil Malta”, spjega l-Professur Gatt.

Minbarra l-ħajja bieżla tiegħu fil-qasam mediku, fl-aħħar snin il-Professur Gatt wettaq ħafna xogħol fil-Federazzjoni tal-Maltin ta’ barra li llum il-ġurnata hija kunsill governattiv.

Għamel ħafna ħafna xogħol għall-Maltin li qegħdin barra imma li huma ċittadini Maltin, pereżempju għamel ħafna arranġamenti tas-social security, tal-kultura li tinxtred mad-dinja kollha f’Malta.” temm jgħid il-Professur Gatt.

Il-kunsill magħmul minn 15-il membru minn madwar id-dinja li jitmexxa mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u jiltaqa’ darba fis-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend