Il-manifest tal-PN ħarbat lil Aquilina dwar l-IIP – One News

Notifiki

Il-manifest tal-PN ħarbat lil Aquilina dwar l-IIP

Id-deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina, ħareġ jgħid li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali l-Partit Nazzjonalista qal li se jwaqqaf il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.

Dan anke jekk fil-manifest elettorali tal-PN, li Karol Aquilina kien parti mill-kitba tiegħu, kien qal ċar u tond li l-iskema tkompli.

Iffaċjat b’din il-parti tal-manifest f’dibattitu politiku mas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli, Karol Aquilina l-ewwel beda jiċħad is-sewwa magħruf.

Is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli stqarret: “Ktibtha int. Fil-manifest, il-PN ma qalx li se jwaqqfu l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment. Għidna ċar u tond. Naħtru grupp ta’ esperti biex l-IIP ikun rivedut mhux imwaqqaf.”Is-Segretarju Parlamentari baqgħet turi lil Karol Aquilina l-fatti iswed fuq l-abjad u għalhekk kellu jirtira biċċa. Kellu jammetti li riedu programm riformat.

Aquilina qal “U Nirriformaw il-programm biex nagħmluh ġenwin.”

Kif wara kollox kien qal l-eks Kap Simon Busuttil.

Aktar tard fil-programm intqal:

“Naraw taħt liema kundizzjonijiet ġodda ikompli”

“Lesti nirrevedu l-kundizzjonijiet tagħha”

“Inżommu skema ta’ investiment f’pajjiżna għaliex le”

Iżda, lanqas għaddew żewġ minuti li fil-programm Karol Aquilina ma reġax darlu u stqarr: “Imma qed jgħid se jerġa’ jagħmlu jirrevedih. Le le mhux qed ngħid hekk. Ċara kontra Isma lilek innifsek x’għidt.”

Is-Segretarju Parlamentari nnotat ukoll kif il-Gvern għamel konsultazzjoni dwar il-ġejjieni ta’ dan il-programm u bidliet li jista’ jkun hemm.

Iżda, il-Partit Nazzjonalista ma pparteċipax.

Fi programm sħiħ jitkellem dwar ir-rabta li ċittadin għandu jkollu ma’ pajjiżna, Julia Farrugia Portelli tkellmet dwar kif lanqas dwar dan ma jista’ jkun kredibbli l-Partit Nazzjonalista.

Hemm diversi modi kif wieħed jista’ jikseb ċittadinanza u mhux biss l-IIP.

Għax politiċi tal-Partit Nazzjonalista ma ħadux passi fuq min kien ħa ċ-ċittadinanza b’mod qarrieqi, saħansitra bi frodi u dan fi snin ta’ qabel f’Malta kien daħal il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.

Fissret kif dan il-Gvern li skatta mekkaniżmu biex tittieħed ċittadinanza ta’ persuni li ma ħaqqhomx ikunu ċittadini Maltin u din tista’ tiġri anke meta xi ħadd jiżgarra wara li jkun kiseb iċ-ċittadinanza bl-IIP.

 “Jekk xi ħadd jiżgarra  hemm mekkaniżmu ċar li jien nitlob lill-kap taċ-ċittadinanza biex jiskatta mekkaniżmu neċċesarji. Biex din il-persuna tiġi deprived”, temmet tgħid Farrugia Portelli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend