Delia l-verità jafha, iżda rikbu minn ivvinta l-gideb – One News

Notifiki

Delia l-verità jafha, iżda rikbu minn ivvinta l-gideb

Fi stqarrija l-Partit Labiurista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jaf sew li l-verità dwar il-gidba Egrant ħarġet kollha kemm hi. Tant jafu dan li meta kienu ppubblikati b’mod sħiħ il-konklużjonijiet tal-inkjesta keċċa lil Simon Busuttil mill-grupp parlamentari tiegħu. Dakinhar qallu li ried jerfa’ r-responsabbiltà.

Għax huwa dgħajjef spiċċat għaddiet ta’ min kien parti mill-kumplott Egrant, l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna.

Adrian Delia issa din il-gidba qed jagħmilha tiegħu bit-tama li jsalva postu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Għalhekk mhux kredibbli. Għax filli jgħid mod u filli jgħid ieħor.

Għaddew sentejn minn meta sar Kap u għadu ma bediex imexxi lill-Partit Nazzjonalista. Mhux ta b’xejn in-nies ma jafdawhx, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend