Adrian Delia jiddefendi l-qerq ta’ Jason Azzopardi – One News

Notifiki

Adrian Delia jiddefendi l-qerq ta’ Jason Azzopardi

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ddefenda l-qerq tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi minkejja li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li ma kien hemm l-ebda żieda fis-salarji tal-membri tal-Kabinett.

Ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler ikkonkluda bi kliem ċar kristall li l-allegazzjoni ta’ Azzopardi huma bla bażi fil-fatt.

Mistoqsi minn ONE News x’passi se jieħu fil-konfront ta’ Azzopardi quddiem rapport bħal dan, Delia għażel li jiddefendih.

Delia sostna: “Jiġifieri se jibqa’ fil-grupp parlamentari miegħek Dr Jason Azzopardi? Int taf li jiġu eletti mill-poplu mhux mill-Kap tal-Partit.”

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone ddefenda wkoll il-qerq ta’ Azzopardi u qal li Adrian Delia m’għandux jieħu passi fil-konfront ta’ Azzopardi.

“F’dan il-każ partikolari ma kienx hemm lok għalhekk”, stqarr Hermann Schiavone.

Deputati oħrajn għażlu li ma jikkummentawx.

Meta mistoqsi jekk Delia għandux jieħu, xi forma ta’ passi, il-Whip Nazzjonalista qalilna: “Good afternoon.”

Intant, l-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil għażel li jieqaf jgħid kelma lil Delia waqt li kien qiegħed jiġi intervistat minn dan l-istazzjon.

L-allegazzjoni ta’ Azzopardi kienet oħra minn sensiela li rriżultat li kienet biss duħħan maħsuba biex tagħmel il-ħsara.

F’dan il-każ, il-Kummissarju għall-Istandards wera b’mod ċar li ma kien hemm ebda bidla fil-mod kif jinħadmu s-salarji tal-membri tal-kabinett.

Saħansitra wera li l-Gvern neħħa l-onorarja li kienu żiedu bil-moħbi għalihom infushom il-membri tal-kabinett li parti minnu kien Jason Azzopardi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend