Żewġ Sqallin inżammu arrestati fuq droga – One News

Notifiki

Żewġ Sqallin inżammu arrestati fuq droga

Żewġ Sqallin nżammu arrestati wara li ċaħdu li impurtaw 40 kilo droga maħżuna f’14-il kaxxa tal-kannabis.

Giuseppe Vecchia, ta’ 36  sena li qal li jinsab għal btala f’Malta u Domenico Galante ta’ sitta u erbgħin sena li joqogħod f’San Pawl il-Baħar ġew arrestati t-Tlieta filgħaxija, wara li kienu qed jiġu segwiti mill-Iskwadra ta’ kontra d-d-droga fis-Swieqi.

Il-Qorti laqgħet it-talba mill-prosekuzzjoni biex jiġu ffriżati l-assi kollha tal-akkużati ħlief li jagħmlu użu sa massimu ta’ €14,000 fis-sena biex jgħixu.

B’rabta ma’ din is-sejba, il-Pulizija qed tkellem Malti ta’ 61 sena li joqgħod Santa Venera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend