Żagħżugħ ta’ 18-il sena ġarrab ġrieħi serji wara ħabta fil-Fgura – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ġarrab ġrieħi serji wara ħabta fil-Fgura

Żagħżugħ ta’ 18-il sena miż-Żejtun jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-karozza fil-Fgura.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħaxija fi Triq Hompesch il-Fgura meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza tal-għamla BMW 320D misjuqa miż-żagħżugħ ta’ 18-il sena miż-Żejtun u vettura tal-linja tal-għamla Otokar Vectio misjuqa minn raġel ta’ 31 sena minn Birkirkara.

Fuq il-post issejħet mal-ewwel ambulanza u-tabib tal-emerġenza li ħadu li żagħżugħ ta’ 18-il sena l-isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi serji.

Ir-raġel ta’ 31 sena minn Birkirkara ma ġarrab l-ebda ġrieħi.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-għassa Dr Natasha Galea Sciberras.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend