Wara li ġiet mixlija li pruvat toqtlu allegat li stupraha – One News

Notifiki

Wara li ġiet mixlija li pruvat toqtlu allegat li stupraha

F’seduta ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, il-Qorti semgħet kif mara li x-xahar li għadda kienet akkużata li ppruvat toqtol lil raġel tagħha b’sikkina ġiet stuprata mis-minnu fi tmiem il-ġimgħa li għadda wara li daħlilha f’darhab.

Dan ħareġ waqt li kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-mara.

Fil-qorti ngħad li r-raġel stupra lill-ex mara wara li kissrilha l-bieb tad-dar. Ingħad li l-istupru nqabad fuq filmat bil-mobile.

Huwa twaqqaf mill-pulizija wara li reġa’ marrilha quddiem darha. Dan wara li l-mara għamlet rapport lill-pulizija li ġiet stuprata mill-ex raġel tagħha li għall-kuntrarju tagħha, ma kellux ordni biex ma jersaqx lejn. Il-każ ikompli f’Novembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend