Tfalli mill-eżami tagħha quddiem il-Parlament Ewropew – One News

Notifiki

Tfalli mill-eżami tagħha quddiem il-Parlament Ewropew

Il-Kummissarju nominat minn Franza, Sylivie Goulard ma’ għaddietx mill-eżami tagħha quddiem il-Parlament Ewropew.

Hija kienet nominata mill-President Emanuel Macron sabiex isservi bħala Kummissarju għall-politika industrijali.

Fi stqarrija b’reazzjoni għad-disfatta tal-Kummisarju nominat, l-uffiċju tal-President Franċiż qal li Goulard spiċċat vittma ta’ logħba politika u b’hekk Macron ser ikun qed jiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Id-disfatta ta’ Goulard kienet mistenniha minn ħafna wara li l-eżami li sarilha ffoka l-aktar fuq nuqqasijiet finanzjarji u skandli li kienet parti minnhom fil-passat tant li ammettiet li wettqet xi żbalji.

Ritratt: Euronews

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend