Stephan Balliet kellu pjanat li jwettaq massakru – One News

Notifiki

Stephan Balliet kellu pjanat li jwettaq massakru

Il-Ministru għall-Ġustizzja tal-Ġermanja Christine Lambrecht, qalet li l-isparatura tal-bieraħ f’sinagoga f’Halle, kienet attakk terroristiku tal-lemin estrem.

Hija żiedet tispjega kif l-allegat aggressur Stephan Balliet kellu pjanat li jagħmel massakru hekk kif instabulu erba kilogrammi ta’ splussiv fil-karozza.

Madwar 2,200 persuna segwew b’mod dirett l-attakk li wettaq Balliet hekk kif xandar kollox fuq il-pjattaforma tal-logħob diġitali Twitch.

Balliet ta’ 27 sena mistenni jittella’ l-Qorti aktar tard illum .

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend