Schembri u Debattista ddikajaraw id-dħul kollu tagħhom – One News

Notifiki

Schembri u Debattista ddikajaraw id-dħul kollu tagħhom

Is-Segretarji Parlamentari Silvio Schembri u Deo Debattista qalu li ddikjaraw d-dħul kollu tagħhom fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tagħhom u li ħallsu t-taxxi kollha dovuti minnhom lill-istat.

Iż-żewġ segretarji parlamentari qalu dan fi stqarrija konġunta b’reazzjoni għal rimarki li saru mill-Partit Nazzjonalista dwar id-dikjarazzjoni tal-assi tagħhom.

Fl-istqarrija żied jingħad li l-informazzjoni kollha ġiet ippubblikata fid-dikjarazzjoni tal-assi tagħhom bħala membri parlamentari.

Min-naħa l-oħra żiedu jispjegaw li fid-dikjarazzjoni tagħhom ta’ Segretarji Parlamentari, tniżżel biss id-dħul tagħhom bħala segretarji parlamentari fejn xi wħud interpretaw dan bħala l-uniku dħul tagħhom.

Iż-żewġ segretarji parlamentari qalu li jagħrfu li dan seta’ wassal għal miżenterpretazzjoni u għalhekk ġiet sottomessa kjarifika mas-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *