“Minħabba l-inċertezza ta’ Brexit, Malta kienet l-għażla ideali biex ninvestu” – il-Fundatur ta’ cityFALCON – One News

Notifiki

“Minħabba l-inċertezza ta’ Brexit, Malta kienet l-għażla ideali biex ninvestu” – il-Fundatur ta’ cityFALCON

Malta kienet l-għażla ideali għaliex filwaqt li ninsabu mħassba dwar Brexit, f’din il-gżira sibna ambjent li laqagħna u tana l-appoġġ li kellna bżonn.

Kliem Ruzbeh Bacha – il-fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ CityFALCON– kumpanija bbażata fir-Renju Unit li taħdem fis-settur finanzjarju u f’teknoloġiji bħall-cyrptocurrencies.

Minbarra l-kwartieri fir-Renju Unit, il-kumpanija għandha wkoll uffiċini fl-Ukrajna, iżda fl-isfond ta’ inċertezza minħabba Brexit, ħasset il-bżonn li timraħ f’pajjiżi oħra.

Bacha stqarr ma’ ONE News li “We got in touch with Malta Enterprise for the first time. We looked at the schemes they offer, the support for start-ups and at the same time, we have uncertanties about Brexit so we are looking for a headquarter in the European Union so we looked at Malta. Apart from Malta Enterprise supporting us, obviously the weather really is a big plus compared to other countries.”

Ma’ Bacha ltqajna waqt attività tal-Malta Enterprise msejħa Start-Up Express.

Attività li bis-sehem ta’ diversi kelliema u esperti lokali u internazzjonali, kellha l-għan li tiggwida lill-istart-ups f’diversi aspetti, b’mod partikolari għajnuna finanzjarja.

Bacha qal li l-vjaġġ ta’ start-up mhuwhiex faċli, u matulu jsiru ħafna żbalji. Għaldaqstant, attività bħal dik li saret mill-Malta Enterprise, tagħti lok għal inqas żbalji u iktar suċċessi.

Bacha temm jgħid: “I think people are very risk-taking, which is what you can see from being a blockchain island, so that is really good for start-ups. The environment is very support. I think where Malta needs to grow is to support start-ups and this is why events like today, the Start-Up Express, at Malta Enterprise, really helps.”

Nadia Pace, mill-Malta Enterprise, iddeskriviet din l-attività bħala suċċess, li għaliha kkonkorrew aktar minn 80 rappreżentant ta’ kumpaniji lokali u oħrajn barranin li bdew jew jixtiequ jibdew bl-istart-up tagħhom f’pajjiżna.

Pace sostniet li “Semmejna diversi aspetti u inizjattivi varji li diġà għandna u diġà noffru bħala Malta Enterprise, fosthom l-iskema li ħa tiġi introdotta fil-bidu tas-sena d-dieħla li hija cash grant għal dawk l-istart-ups li jridu jattendu accellerator programs.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend