Mara ta’ 38 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Pawl – One News

Notifiki

Mara ta’ 38 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Pawl

Mara ta’ 38 sena mill-Maċedonja ta’ fuq ġarrbet ġrieħi gravi wara li l-karozza tal-għamla Toyota Vitz li kienet riekba fiha u li kienet misjuqa minn mara ta’ 40 sena mill-Indoneżja ħabtet ma’ vettura tat-tip VW Polo misjuqa minn raġel ta’ 30 sena wkoll mill-Maċedonja ta’ Fuq.

Fil-karozza misjuqa minn mara ta’ 40 sena kien hemm passiġġier ta’ 28 sena li n-nazzjonalità tiegħu għadha mhix magħrufa. Huma ġew iċċertifikati li ġarrbu ġrieħi ħfief.

Aktar tard il-passiġġier l-ieħor ta’ 28 sena mill-Maċedonja wkoll ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Filwaqt li s-sewwieq ta’ 30 sena u l-passiġġiera, Serba ta’ 38 sena li kienet miegħu ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 3:20 tal-Ħamis filgħodu fi Triq Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend