It-Turkija bdiet attakki mill-art fis-Sirja – One News

Notifiki

It-Turkija bdiet attakki mill-art fis-Sirja

Ilbieraħ truppi Torok u ribelli Sirjani nvadew iż-żona tal-Kurdi. Dan l-attakk ġie wara li lbieraħ l-armata Torka attakkat din iż-żona mill-ajru.

Fi stqarrija l-Ministeru għad-Difiża Torka qal li l-armati ta’ Turkija u dik Sirjana bdew ħidma bħala parti mill-Operazzjoni Rebbiegħa ta’ Paċi.

Rapporti fil-midja Torka qed jgħidu l-forzi Torok infiltraw minn erba’ żoni differenti.

Fi ittra li bagħat lill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, il-gvern Tork assigura li l-azzjonijiet militari li se jieħu se jkunu meqjusa, proporzjonati u responsabbli.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend