Il-PM fost mexxejja dinjin f’konferenza kontra l-Aids, it-tuberkolożi u l-malarja – One News

Notifiki

Il-PM fost mexxejja dinjin f’konferenza kontra l-Aids, it-tuberkolożi u l-malarja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jindirizza konferenza f’Lyon fi Franza dwar persuni milquta mill-marda tal-AIDS, it-tuberkolożi u l-malarja.

Dr Muscat huwa wieħed minn bosta mexxejja dinjin li mistenni jindirizza din is-sitt konferenza tal-fond dinji kontra dan il-mar li ta’ kull sena joqtol miljuni ta’ persuni madwar id-dinja.

Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mid-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Dan il-fond kontra dan il-mard twaqqaf 17-il sena ilu bil-għan li dan il-mard jiġi kkontrollat. F’dawn is-snin huwa stmat li ġew salvati aktar minn 32 miljun ruħ.

Wieħed jista’ jsegwi din il-konferenza minn hawn:

https://www.theglobalfund.org/en/specials/2019-10-09-global-fund-sixth-replenishment-conference/

Ta’ QabelLi Jmiss