Il-karba għall-għajnuna tħalluhiex tinħanaq – One News

Notifiki

Il-karba għall-għajnuna tħalluhiex tinħanaq

Kull 40 sekonda persuna titlef ħajjitha kawża tas-suwiċidju fid-dinja.

Ir-raġunijiet għala wieħed jiddeċiedi jagħmel dan il-pass huma diversi iżda għal kull raġuni hawn 100 oħra għaliex wieħed m’għandux itemm ħajtu.

Hija importanti li jekk wieħed jisma’ karba qalb il-vuċijiet li nisimgħu ta’ kuljum, ma nħalluhiex taqa’ fuq widnejn torox għax illum jaf nisimgħuha iżda għada jaf tkun storja differenti.

Dan kien is-sentiment li qasam magħna l-psikjatra Mark Xuereb li spjegalna li r-rata tas-suwiċidji f’Malta hija stabbli.

Mark Xuereb stqarr “Hemm diversi fatturi li jistgħu jikkawżaw is-suwiċidju xi drabi jidhru, xi drabi le. Fosthom il-ġenetika, l-alkoħol id-droga, ma ninsewx illi min jieħu d-droga għandu disa’ darbiet aktar ċans li jikkommetti suwiċidju jista’ jkun hemm xi telfa, xi mard fiżiku jew mentali.”

Is-Sur Xuereb huwa l-fundatur tal-Fondazzjoni Sokkors fil-Pront li mhux biss toffri wens lil dawk li jinsabu f’dan l-istadju f’ħajjithom iżda għal dawk ta’ madwarhom ukoll.

Qegħdin tim li għandna prattikament tliet skopijiet. L-ewwel skop – il-prevenzjoni tas-suwiċidju. It-tieni ħaġa, li nagħtu għajnuna immedjata lil dawn in-nies li jkunu fi kriżi permezz ta’ telefown number li ħa jkun nazzjonalizzat. It-tielet ħaġa ħa jkollna wkoll għajnuna, wens, sokkors u għalhekk Fondazzjoni Sokkors fil-Pront għal dawn in-nies li forsi għandhom xi ħadd illi kkommetta suwiċidju, xi ħadd li għex wara din it-trawma, għall-grazzja t’Alla għex, jew inkella xi ħadd li qed jagħmel is-self harm”, sostna Mark Xuereb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend